Il-Kummissjoni Ewropea trid li t-titjiriet jibqgħu sospiżi sal-15 ta’ Mejju

Read in English.

Il-Kummissjoni Ewropea stiednet lill-istati membri li huma parti miż-żona Schengen sabiex iġeddu r-restrizzjoni temporanja ta’ titjiriet bla bżonn fl-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Mejju.

Stqarrija mill-Kummissjoni Ewropea tgħid li l-miżura tas-sospensjoni tat-titjiriet minħabba l-pandemija tal-coronavirus, fost titjiriet oħra, teħtieġ aktar minn 30 jum biex tkun effettiva.

Il-Kummissjoni appellat lill-pajjiżi membri biex jikkoperaw. Din ir-restrizzjoni u l-istedina għall-estensjoni japplikaw ukoll għaż-żona EU+, li tinkludi l-istati membri tax-Schengen, u l-erba’ stati assoċjati max-Schengen, jiġifieri l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera. B’hekk hemm 30 pajjiż b’kollox.

Skont l-assessjar tal-Kummissjoni, is-sitwazzjoni preżenti hija l-każijiet tal-coronavirus u l-imwiet bil-virus qegħdin kulma jmur jiżdiedu fl-Unjoni Ewropea, u anke f’pajjiżi barra l-UE li l-Ewropej sikwit iżuru. Għaldaqstant, il-Kummissjoni temmen li l-aħjar għażla hija li ma jsirx vjaġġar minn pajjiż għal ieħor għalissa.

Il-Kummissjoni avżat li dawn ir-restrizzjonijiet jaf jerġgħu jiġu estiżi.