Il-Kummissjoni Ewropea tniedi pjan ta’ ħidma għall-immigrazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea nidiet pjan stateġiku biex l-Ewropa tibda taħdem iktar dwar l-immigrazzjoni.
L-Kulleġġ tal-Kummissarji beda jiddiskuti dan f’dibattitu li sar biex l-Ewropa żżid l-isforzi tagħha bl-għan li jiġu implimentati l-għoda eżistenti biex tiġi kkontrollata l-immigrazzjoni mill-pajjiżi tat-tielet dinja.
Għall-ewwel darba, l-kontroll tal-immigrazzjoni hija prijorità għall-Kummissjoni Ewropea kif preżentata fil-linji gwida tal-President Juncker.
Fi stqarrija l-Kummissjoni Ewropea qalet li l-immigrazzjoni tinvolvi diversi setturi politiċi u għalhekk tagħmilha iktar diffiċli li ssolvi l-problemi, iżda l-istrutturi l-ġodda fi ħdan il-Kummissjoni se jgħinu biex jiffaċilitaw l-isfidi tal-immigrazzjoni.
Fid-dibattitu li kien organizzat mill-Kummissjoni Ewropea ġew diskussi erba’ setturi: is-sistema ta’ ażil komuni, s-sigurtà tal-fruntieri esterni tal-Ewropa, politika ġdida dwar l-immigrazzjoni legali, l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bniedem.
Dawn is-setturi kienu identifikati mill-Kummissjoni Ewropea biex ikun hemm azzjoni diretta fuqhom u b’hekk il-problema tal-immigrazzjoni tibda tissolva b’mod ħolistiku.