Il-Kummissjoni Ewropea b’sejħa għal ideat kontra l-coronavirus

FILE PHOTO: Medical staff in protective gear work at a 'drive-thru' testing center for the novel coronavirus disease of COVID-19 in Yeungnam University Medical Center in Daegu
REUTERS/Kim Kyung-Hoon/File Photo

Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tilqa’ l-applikazzjonijiet mingħand negozji żgħar għal teknoloġiji u ideat innovattivi li jistgħu jgħinu fit-trattament, fl-ittestjar, il-moniteraġġ u aspetti oħra tat-tixrid tal-coronavirus.

In-negozju li jintgħażel jingħata fondi mill-Kunsill Innovattiv Ewropew. Il-Kunsill għandu baġit ta’ €164 miljun. Fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea, ingħad illi l-ideat marbutin mal-coronavirus se jitqiesu daqs kwalunkwe idea oħra. Madankollu, il-Kummissjoni beħsiebha tagħti l-fondi b’mod iżjed mgħaġġel lil kwalunkwe idea li taf tgħin fil-ħlieda kontra l-coronavirus.

L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar l-Erbgħa 18 ta’ Marzu fil-5pm.

Il-Kunsill Innovattiv Ewropew diġà qed jgħin lil għadd ta’ negozji bi proġetti innovattivi marbutin mal-virus, bħall-EpiShuttle project għal taqsimiet speċjalizzati tal-iżolament, il-proġett m-TAP għal teknoloġija ta’ filtrazzjoni u l-proġett MBENT biex jittraċċa ċ-ċaqliq uman waqt epidemija.

Aktar tagħrif hawn.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn