‘Il-Kummissjoni Ewropea b’inqas vuċi minn qabel’ – Romano Prodi

L-ex President tal-Kummissjoni Ewropea, Romano Prodi, qal li fil-preżent it-tmexxija tal-Unjoni Ewropea qegħda aktar f’idejn pajjiżi bħall-Ġermanja u Franza milli f’idejn l-istituzzjonijiet Ewropej.

Prodi sostna li meta hu kien imexxi l-Kummissjoni tmien snin ilu, id-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea kienet li jsir aktar progress lejn unjoni federali li tgħaqqad aktar flimkien l-iStati Membri.

Hu qal li fil-preżent, l-vuċi tal-Kummissjoni Ewropea dejjem qed tonqos filwaqt li dik tal-Kunsill Ewropew, li jirrappreżenta l-iStati Membri, qed jikber gradwalment bit-tmexxija ta’ Herman Van Rompuy.