Il-Kummissjoni Elettorali tiftaħ l-applikazzjonijiet

Il-Kummissjoni Elettorali fetħet l-applikazzjonijiet għal dawk interessati li jservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali jew bħala persuni li jgħoddu, jissorveljaw jew jikkalkolaw. Dawn biex iservu waqt l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kumitati Amministrattivi tal-24 ta’ Mejju.
Il-persuni eleġibbli huma dawk li isimhom se jidher fir-Reġistru Elettorali li se jkun ippubblikat f’April 2014.
Min japplika jrid ikun dispost li jattendi sessjonijiet ta’ struzzjonijiet mill-Kummissjoni Elettorali.
L-applikazzjonijiet fuq il-formoli preskritti jintlaqgħu mill-Kummissjoni Elettorali f’Evans Building,  Misraħ Sant’Iermu,  il-Belt Valletta,  mit-Tnejn, 10 ta’ Marzu, 2014  sal-Ġimgħa,
14 ta’ Marzu, 2014,  mit-3.00 pm sat-8.00 pm u nhar is-Sibt, 15 ta’ Marzu, 2014,  mit-8.00 am sas-1.00 pm.  
L-Għawdxin jistgħu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità fir-Rabat, Għawdex.