Ma taċċettax li l-Patrijotti Maltin joħorġu għall-elezzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali ċaħdet li approvat l-istatut tal-Moviment Patrijotti Maltin.
Fi stqarrija, b’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li għamel il-Moviment, nhar il-Ġimgħa 8 t’April, il-Kummissjoni wieġbet għad-dikjarazzjoni li għamel is-Segretarju Ġenerali, li l-Kummissjoni approvat l-istatut.
Qalet li għad trid tikkonsidra t-talba tal-Moviment għall-approvazzjoni u li kulma ħarġet hi acknowledgement li rċeviet l-istatut u ittra mill-Moviment.