Il-Kummissjoni Elettorali tħabbar is-6 MEPs eletti

Read in English.

Propju fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, il-Kummissjoni Elettorali ħabbret ir-riżultat uffiċjali tal-elezzjoni għall-Membri tal-Parlament Ewropew li saret fil-25 ta’ Mejju.

Il-kandidati eletti, kif imbassra tard ilbieraħ filgħaxija huma erba’ għall-Partit Laburista u tnejn għall-Partit Nazzjonalista. Skont il-lista tal-Kummissjoni, l-aktar kandidata li kisbet voti hija Miriam Dalli għall-Partit Laburista, segwita minn Roberta Metsola għall-Partit Nazzjonalista. Fit-tielet post ġie Alfred Sant għall-Partit Laburista, segwit minn David Casa għall-Partit Nazzjonalista. Fil-ħames post hemm Alex Agius Saliba, segwit minn Josianne Cutajar, it-tnejn li huma f’isem il-Partit Laburista.

Aqra: X’inhu għaddej fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar?

B’hekk, fost is-sitt Membri tal-Parlament Ewropew Maltin hemm żewġ uċuh ġodda li se jkunu qed jieħdu post Francis Zammit Dimech li għamel sentejn jirrappreżenta l-Partit Nazzjonalista u li kien qed jikkontesta din l-elezzjoni ukoll, u Marlene Mizzi li kienet irrappreżentat il-Partit Laburista u li ddeċidiet li ma terġax tikkontesta għal dan l-irwol.

Ir-riżultati mhux uffiċjali maħruġa tard ilbieraħ filgħaxija mill-aġenti tal-Partiti, sa dak il-ħin qalu li Miriam Dalli kienet kisbet madwar 51,000 vot, Alfred Sant kiseb 21,300, Alex Agius Saliba kiseb 15,000 u Josianne Cutajar kisbet 12,900. Intant dawk Roberta Metsola kisbet 31,000 u David Casa kiseb 16,500. Intant il-kwota sabiex wieħed jiġi elett hija dik ta’ 37,000 vot.

Aqra: Ma kinitx kampanja ta’ ftit ġimgħat imma 5 snin ta’ ħidma – Dalli

X’qed jgħidu l-kandidati eletti?

Miriam Dalli, l-iktar kandidata li kisbet voti f’din l-elezzjoni irringrazzjat lil dawk kollha li taw il-vot tagħhom lilha. Hi ħabbret li rċeviet total ta’ 63,438 vot. Qalet li ma setgħetx issib il-kliem sabiex tesprimi l-gratitudni tagħha għall-fiduċja li hemm fiha u sostniet li issa r-responsabbiltà tagħha hija akbar. Wiegħdet li se tkompli tagħmel minn kollox biex tirrappreżenta lill-poplu “bl-aħjar mod”.

Bongu ❤️63,438 vot. Grazzi lil kull wiehed u wahda minnkom. Mhux insib il-kliem biex nesprimi l-gratitudni tieghi…

Posted by Miriam Dalli on Sunday, May 26, 2019

Roberta Metsola qalet fuq Facebook li hija onorata li ġiet eletta mill-ġdid sabiex isservi bħala MEP. Qalet li ġiet eletta b’total ta’ 38,206 vot. Intant irringrazzjat lil dawk kollha li ddeċided li jafdaw fiha.

Honoured to have been re-elected on the first count to serve as your MEP with 38,206 votes. Thank you for your trust, I will work hard to continue to repay your faith in me. 💪🇲🇹🇪🇺 #YourMEP

Posted by Roberta Metsola on Sunday, May 26, 2019

Alfred Sant ukoll wera l-gratitudni tiegħu fuq il-midja soċjali.

Grazzi! 🇲🇹

Posted by Alfred Sant on Saturday, May 25, 2019

Min-naħa tiegħu, David Casa qal fuq Facebook li l-fiduċja tal-poplu fih hekk kif ġie elett fil-Parlament Ewropew għar-raba elezzjoni konsekuttiva hija “inkredibbli”. Qal li jinsab verament onorat li reġa’ intagħżel għal dan l-irwol u wiegħed li se jkun il-vuċi tal-poplu fil-Parlament Ewropew.

Grazzi, grazzi, grazzi.Il-fiduċja tagħkom għar-raba elezzjoni konsekuttiva tiegħi hija inkredibbli. Verament onorat li…

Posted by David Casa on Sunday, May 26, 2019

Intant, Alex Agius Saliba qal fuq Facebook li kien għadu kemm ġie elett bħala t-3 MEP f’isem il-Partit Laburista b’total ta’ 35,823 vot. Hu rringrazzja lil kulħadd tal-appoġġ.

Elett bħala t-3 Membru Parlamentari Ewropew 🇪🇺 f'isem il-Partit Laburista b'35,823 vot 🗳️! Grazzi mill-qalb tal-appoġġ tagħkom 🙏🏻#maltafqalbna 🇲🇹❤️

Posted by Alex Agius Saliba on Sunday, May 26, 2019

Min-naħa tagħha, Josianne Cutajar irringrazzjat lil kulħadd fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha filwaqt li sostniet li tinsab onorata ferm.

M'ghandix kliem hlief…GRAZZI❤ Onorata ferm!

Posted by Josianne Cutajar on Sunday, May 26, 2019