Il-Kummissarju tal-Pulizija jgħid li Borg tkellem mal-Ministeru u mhux bil-kontra

Skont il-Kummissarju tal-Pulizija, Peter Paul Zammit, fil-laqgħa bejn Darryl Luke Borg u ċ-Chief of Staff tal-Ministeru għall-Intern, Silvio Scerri, kien Borg li kkuntattja lill-Ministeru u mhux bil-kontra.

Meta li kien qed jiġi intervistat waqt programm fuq l-istazzjon televiżiv tal-Partit Nazzjonalista, il-Kummissarju qal li minn investigazzjonijiet tal-pulzija, li kienu jinkludi stħarriġ fit-telefonati li saru bejn Borg u l-Ministeru, juru li kien Darryl Luke Borg li għamel kuntatt l-ewwel mal-Ministeru għall-Intern.

Peter Paul Zammit saħaq li Borg xtaq jitkellem mal-Ministru Manuel Mallia, iżda peress li kien qiegħed barra minn Malta, tkellem miegħu ċ-Chief of Staff, Silvio Scerri. Miegħu, Darryl Luke Borg, ħa lil Charles Attard, magħruf bħala ż-Żambi.

Il-Kummissarju Zammir qal li ma kienx hemm għalfejn jinġieb Darryl Luke Borg quddiem il-Bord tal-Pulizija. Iżda Borg kien qal lill-Ministeru li spettur li ta’ spiss ikun fuq l-aħbarijiet, kien qal lil Borg x’għandu jgħid jekk jiġi mistoqsi mill-Bord. Huwa għalhekk, saħaq Peter Paul Zammit, li l-Bord għandu jistaqsi lil Darryl Luke Borg.