Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni se jidħol fil-kwistjoni tal-għalliema

Read in English.

Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni fi ħdan l-Ombudsman Charles Caruana Carabez qal li se jaħdem biex jindirizza l-kwistjoni tan-nuqqas ta’ għalliema li skontu tinsab f’xifer ta’ kriżi.

Meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu, Caruana Carabez qal li l-intenzjoni tiegħu m’hix li jipponta subgħajh lejn xi ħadd iżda jista’ jgħin fl-għarfien li kiseb skola skola.

Huwa qal li probabilment inqas persuni qed ifittxu karriera fl-edukazzjoni ġej mill-fatt li fi skontu l-pagi ma jirriflettux ix-xogħol, it-tħejjija, il-korrezzjonijiet u l-iskrutinju.