Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni jixtieq jitkellem ma’ omm tifel li ġie bbuljat

Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni offra li jiltaqa’ mal-ġenitur ta’ tifel Malti li sofra minn bullying minħabba li ma jidhirx Malti.

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Edukazzjoni għamel kuntatt ma’ Newsbook.com.mt il bieraħ wara storja li dehret fuq dan is-sit. Omm tifel ta’ 11-il sena b’karnaġġjon skur kienet qalet ma’ Newsbook.com.mt li darba sabet lil binha jogħrok wiċċu f’xugaman biex ineħħi l-kulur tal-ġilda tiegħu. Dan minħabba li kien jiġi bbuljat l-iskola. L-omm, Stephanie Mifsud, kienet qed tirreaġixxi għal dak li qal il-Kummissarju tal-Edukazzjoni Charles Caruana Carabez.

AQRA: “Sibt lil ibni jogħrok wiċċu f’xugaman biex ineħħi l-kulur tal-ġilda; kien ibbuljat”

Mifsud kienet qalet ma’ Newsbook.com.mt li binha, li għalkemm huwa adottat u uffiċjalment ċittadin Malti, kien qed jiġi bullied għax jidher li għandu karnaġġjon skur. Hi kienet sfidat lill-Kummissarju għall-Edukazzjoni Charles Caruana Carabez biex jispjegalhom xi jrid ifisser bis-segregazzjoni filwaqt li għandu jisma’ l-istorja ta’ binha.

Aqra iktar: 

 Studenti barranin jiffurmaw klikek u jibbuljaw lill-Maltin – Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni

“Traskurat u żbaljat ir-rapport tal-Kummissarju dwar l-ibbuljar fl-iskejjel” – NGOs

“L-affarijiet li rajt huma tax-xitan” – il-Kummissarju tal-Edukazzjoni f’konverżazzjoni mal-Imam