Il-Kummissarju Ewropew għall-kummerċ jirriżenja wara l-iskandlu Golfgate

Read in English.

Il-Kummissarju Ewropew għall-kummerċ Phil Hogan irriżenja mill-irwol tiegħu minħabba l-iskandlu ta’ Golfgate.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet rapporti żvelaw kif Hogan kien vjaġġa madwar l-Irlanda mingħajr ma rrispetta jew mexa mar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Din l-azzjoni ħolqot ħafna rabja mill-pubbliku u l-Gvern Irlandiż qal li tilef il-fiduċja f’Hogan.

Hogan, li fl-2014 inħatar bħala kummissarju għall-agrikoltura, avvanza tul il-karriera tiegħu f’dawn l-aħħar snin biex hekk kif Ursula von der Leyen laħqet  President tal-Kummissjoni Ewropea fl-2019 huwa ntagħżel biex iservi bħala l-kummissarju Ewropew għal kummerċ.

Ir-riżenja ta’ Hogan ħolqot problema oħra għal Von der Leyen, hekk kif issa trid issib lil xi ħadd ieħor biex jieħu postu f’nofs il-proċess ta’ taħditiet tal-Ewropa fuq kummerċ mal-Istati Uniti, iċ-Ċina u r-Renju Unit.