‘Il-kummenti ta’ Mizzi huma razzisti’ – NGOs

L-organizzazzjonijiet mhux governattivi sottoskritti kkundannaw dak li sejħulu kumment razzist li sar minn Maurice Mizzi li kien innominat bħala Gwardjan tal-Ġenerazzjonijiet Futuri mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Biex wieħed isib bilanċ bejn l-iżvilupp soċjoekonomiku u l-ambjent tal-amministrazzjoni, wieħed irid irawwem l-inklużjoni, żgur mhux billi jkunu kkundannati d-differenzi jew bl-identifikar ta’ kwalunkwe twemmin reliġjuż. Fi stqarrija, l-organizzazzjonijiet qalu li Mizzi donnu qed jinsa r-responsabbiltà li għandu fir-rwol li ġie mogħti lilu xi snin ilu. Huma sostnew li l-punt essenzjali biex ikun hemm żvilupp fil-ġenerazzjonijiet futuri hija l-paċi.

Mhux minnu li xi twemmini reliġjuż partikolari jista’ jitqies bħala ostaklu għall-iżvilupp tal-pajjiż. Dan id-diskors iġib il-mibegħda, xi ħaġa li diġà qeda preżenti f’pajjiżna u rridu nassiguraw li ma tkomplix tiżdied.

L-organizazzjonijiet fakkru lil Mizzi li l-imigranti ġeneralment qed jaħarbu mill-gwerra, persekuzzjoni soċjo-politiċi u tbatija ekonomika. Huma ġibdu l-attenzjoni li d-dikjarazzjoni ta’ Mizzi tikkontradixxi d-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru dwar il-ħtieġa għal aktar ħaddiema, irrispettivament mir-reliġjon, l-oriġini jew il-kulur. Fakkru wkoll lil Mizzi, li huwa r-rwol tiegħu li jiżgura li x-xogħol tal-ebda persuna ma jiġi sfruttat f’isem l-iżvilupp soċjo-ekonomiku kif ukoll li jiġi mħares l-ambjent mill-esplojtazzjoni żejda.

Huma talbu għal riżenja b’mod immedjat ta’ Mizzi jew biex ikun il-Prim Ministru li jneħħih mill-kariga tiegħu.

Din id-dikjarazzjoni ġiet approvata minn:

1. aditus foundation
2. African Media Association
3. Allied Rainbow Communities
4. Cross Culture International Foundation
5. Department of Gender Studies (University of Malta)
6. Eritrean Refugees community Association in Malta
7. Fondazzjoni Sebħ
8. Foundation for Shelter and Support to Migrants
9. Integra Foundation
10. International Association for Refugees
11. JRS Malta
12. KOPIN
13. Malta Emigrants Commission
14. Moviment Graffitti
15. People for Change Foundation
16. Platform of Human Rights Organisations in Malta
17. Repubblika
18. Richmond Foundation
19. Solidarity with Migrants Group
20. SOS Malta
21. Spark 15
22. Sudanese Migrants Association
23. The Critical Institute
24. Troupe 18:45
25. Dr Elena Tanti Burlo

26. Dr. Colin Calleja
27. Ms. Louise Chircop
28. Professor Peter Mayo
29. Professor Duncan Paul Mercieca
30. Dr. Josephine Milton
31. Ms. Jacqueline Zammit