“L-uniku tħassib tal-Ministru hu li r-residenti jitilfu l-veduta” – FAA

Read in English.

L-Għaqda Flimkien għall-Ambjent Aħjar (FAA) qalet li t-Tnejn li għadda l-Ministru Josè Herrera qal li l-uniku tħassib tar-residenti tax-Xgħajra dwar il-riklamzzjoni hu li se jitilfu l-veduta tal-baħar. L-għaqda qalet li permezz ta’ dak il-kumment il-Ministru Herrera kien insensittiv u mhux infurmat.

L-FAA qalet li min-naħa tagħha hija mħassba dwar il-proposta ta’ Infrastructure Malta li jkun hemm xogħlijijiet estensivi bejn Pembroke u San Ġiljan f’art li hija ODZ, kif ukoll il-propodta ta’ erba’ mini u twessiegħ tat-toroq.

L-FAA qalet li Herrera insista li r-riklamazzjoni tal-art tikkrea aktar spazju u dan ifisser li wieħed jippriserva l-art naturali li hawn f’Malta u għalhekk indika li l-iżvilupp li se jsir ikun fuq l-art riklamata. L-Għaqda ħeġġet lill-Gvern biex jippreserva l-art ODZ li hawn f’Malta u mhux ikompli jieħu minnha għall-iżvilupp u jbiegħ kull biċċa art għall-proġetti bħall-pompi tal-petrol, djar għall-anzjani u lukandi lussużi.