“Il-Kumitat Parlamentari għall-Ambjent sar biss jgħaddi l-liġijiet”

Partit Demokratiku

Read in English.

Il-Partit Demokratiku sostna li l-Kumitat Parlamentari għall-Ambjent spiċċa post fejn jgħaddu l-liġijiet mingħajr ma jiġu diskussi.

Dan qalu fi stqarrija t-Tnejn qabel laqgħa tal-istess Kumitat fejn se jkun qed jiġi diskuss l-abbozz tal-liġi dwar is-Social Impact Assessments, bħala għodda għall-ippjanar skont il-bżonnijiet tal-madwar.

Il-Partit Demokratiku saħaq li l-Gvern qed jgħawweġ  ir-regoli biex jaqdi l-aġenda tiegħu filwaqt li spjega li l-Gvern qed iressaq abbozzi tal-liġi li jħallu lok għal negozjati suspettużi.

Il-Kap tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia staqsa x’inhu l-punt li jiġu imposti iktar studji jekk umbagħad wieħed ma jsegwix ir-regoli u dawn jitgħawwġu biex isir żvulupp bħal dak tal-ITS f’Pembroke.

Kompla jispjega li fil-każ tal-ITS, l-Awtorità tal-Ippjanar xorta mexxiet kif riedet minkejja l-oġġezzjonijiet kollha li saru kontra l-proġett.