Il-Kumitat Olimpiku Malti jilqa’ d-deċiżjoni dwar l-Olimpjadi

Il-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) laqa’ d-deċiżjoni li ttieħdet mill-KOI, il-Gvern tal-Ġappun u l-Kumitat Organizzattiv. Dawn iddeċidew li għandhom jipposponu l-Logħob Olimpiku tal-2020, li kellu jsir f’Tokyo, b’sena.

Il-Kumitat Olimpiku Malti stqarr li din id-deċiżjoni ttieħdet fl-aħjar interess tas-saħħa tal-atleti u l-pubbliku ġenerali f’dan il-perjodu. Spjegaw kif din id-deċiżjoni hija konformi mas-sentimenti tal-Kumitat Olimpiku Malti, li għalihom is-saħħa u l-benesseru tal-atleti Maltin tiġi l-ewwel u qabel kollox.

https://www.facebook.com/photo?fbid=2814762098572050&set=a.380113715370246

Il-KOM wriet is-solidarjetà tagħha ma’ dawk l-atleti kollha li kienu diġà kkwalifikaw għal-logħob u dawk ukoll li ssagrifikaw sigħa sħaħ ta’ taħriġ u għamlu sagrifiċji għal dawn il-logħob.

Barra minn dan, il-KOM ħadet l-opportunità biex ħeġġet lill-atleti kollha u lill-pubbliku ġenerali biex jimxu mal-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa sabiex wieħed jikkontribwixxi b’mod attiv lejn il-kontroll tat-tixrid tal-epidemija.