Il-Kumitat Festi Esterni Santa Venera jorganizza s-seba’ edizzjoni ta’ Gabbata

Il-Kumitat Festi Esterni Santa Venera qed jorganizza s-seba’ edizzjoni ta’ Gabbata.
Bħas-snin l-oħra din se ssir fiċ-Ċentru Parrokjali ta’ Santa Venera.
Għalkemm ma saritx kull sena, din il-wirja ilha ssir mill-1985.
Il-wirja se tkun miftuħa kuljum sa nhar Ħadd il-Għid.
Apparti attivitajiet oħra, għall-ewwel darba l-Kumitat ħadem slaleb biex jixgħel it-triq prinċipali u diversi toroq oħra madwar il-knisja parrokjali.