Ritratti:Il-kulur vjola jsellem lil Prince

Il-kulur vjola li huwa parti mill-isem tas-silta Purple Rain, li ġabet suċċessi kbar lill-kantant u mużiċist ta' fama mondjali Prince, qiegħed isellem it-tifkira tiegħu.
Għadd ta’ ġurnali taw l-aħħar tislima tagħhom bil-kulur vjola fil-faċċata u diversi binjiet xegħlu l-faċċata tagħhom bil-vjola.
Kienu diversi segwaċi tiegħu li lbieraħ inġabru fix-xita quddiem l-istudio tiegħu biex jagħtuh l-aħħar tislima. 
Ma setax jonqos li ċelebritajiet fosthom Madonna u politiċi jagħtuh l-aħħar tislima.
Il-President tal-Amerika Barack Obama qal lid-dinja tilfet ikona kreattiva.
Filwaqt li l-kantanta Madonna sejħitlu l-vizjonarju li bidel id-dinja.
Prince miet ilbieraħ fl-età ta’ 57 sena fir-residenza tiegħu ta’ Minnesota fl-Istati Uniti.
Dan l-aħħar Prince kien qiegħed ibati minn sintomi ta’ influwenza.
Il-ġimgħa li għaddiet huwa kellu jiddaħħal l-isptar b’emerġenza ftit sigħat biss wara li kien għadu kemm spiċċa jagħti show fuq il-palk.
Prince jibqa mfakkar għas-suċċessi li kiseb fis-snin 80 b’mod partikolari għas-silta li kienet iġġib l-isem tal-album Purple Rain. Silta li kienet serviet ukoll ta’ soundtrack għall-film li jġib l-istess isem u li kien jitratta biċċiet mill-istorja ta’ ħajtu stess.
Suċċessi oħra għal Prince kienu jinkludu l-albums 1999 u Sign “O” the Times.
Fi Frar li għadda mietet ukoll it-tfajla tiegħu fl-età ta’ 57 sena.