Il-kultura u x-xjenza aktar qrib xulxin

L-arti u x-xjenza se jkunu eqreb ta’ xulxin, permezz ta’ ftehim ġdid bejn il-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) u l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija (MCST).
Skont stqarrija maħruġa miż-żewġ entitajiet konċernati, kontribuzzjoni ta’ €125,000 mill-KMA se tgħin biex jissaħħaħ l-approċċ interdixxiplinarju bejn il-kultura, ix-xjenza u t-teknoloġija. Jisħqu li vantaġġ ta’ dan huwa li Malta tkun tista’ tattira aktar investiment ta’ kwalità minn barra.
Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici u ċ-Chairman Eżekuttiv tal-MCST Jeffrey Pullicino Orlando saħqu li din is-sinerġija ġdida se jkollha benefiċċji għal pajjiż fosthom tqassim tar-riżorsi aħjar u aktar skambju t’esperjenzi. 
Ritratt: Arkivji