Il-kultura magħżula għal Skolasajf

DOI/Reuben Piscopo

Din il-ġimgħa bdiet Skolasajf 2018 bit-tema ewlenija tkun Living Culture. It-tema ntgħażlet biex b’hekk torbot mal-Belt bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura. Bl-għan lit-tfal iħarsu lejn il-kultura b’mod ħolistiku, it-tfal se jkunu qed iħarsu kemm lejn il-kultura nazzjonali kif ukoll lejn il-kulturi internazzjonali.

Skolasajf qed tiġi offruta f’59 ċentru ma’ Malta u Għawdex f’binijiet tal-iskejjel primarji u ċentri tar-riżorsi. Madwar 1850 ħaddiem u minn tal-inqas 800 child support workers u 800 playworkers se jkunu qed jgħatu dan is-servizz.

Dan is-servizz huwa offrut għall-istudenti mil-livell tal-kinder sa sekondarja, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30 sal-12.30. Għal dawk it-tfal li għandhom il-ġenituri tagħhom jaħdmu das-servizz ġie estiż mis-7.00 sa 8.30 u min-12.30 sal-5.30 ta’ waranofsinhar.