“Il-kultura għandha rwol fil-politika”

L-Ewroparlamentari Nazzjonalista Therese Comodini Cachia saħqet li l-kultura għandha rwol importanti sabiex joħorġu fil-beraħ in-nofs veritajiet fil-politika.
L-MEP kienet qed titkellem waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ ta' esebizzjoni tal-kartunista Sebastian Tanti Burlò, li kienet parti mill-attivitajiet tal-Forum Valletta. Fiha ġew diskussi temi bħall-governanza, il-politika, il-kultura, l-arti u t-teatru.
Filwaqt li rringrazzjat lil dawk kollha involuti, Dr Comodini Cachia saħqet li din l-esebizzjoni ġabet id-dibattitu fuq il-kultura mill-Parlament Malti għall-Parlament Ewropew.
Din l-esebizzjoni ttellgħet minn Therese Comodini Cachia bħala parti mill-programm uffiċjali tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Grupp tal-PPE fil-Parlament Ewropew.