Il-Kulleġġ San Ġorġ Preca bl-aktar ġenituri ma jibagħtux ‘l uliedhom l-iskola

Il-Kulleġġ San Ġorġ Preca kien l-aktar kulleġġ fejn ġenituri ġew akkużati li naqsu milli jibagħtu ’l uliedhom l-iskola.
Din l-informazzjoni poġġieha l-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, fil-Parlament meta mistoqsi mill-Membru Parlamentari Laburista, Stefan Zrinzo Azzopardi.
Id-dejta tirreferi għal tliet snin skolastiċi bejn l-2013 u l-2016, fejn b’kollox il-kulleġġ imsemmi kellu 953 ġenitur b’din il-kontravenzjoni.
Ma ngħatatx informazzjoni jekk kienx hemm l-istess ġenituri li kellhom kontravvenzjoni sena wara l-oħra, allura dehru darbtejn fiċ-ċifri ppreżentati.
Il-Kulleġġ San Ġorġ Preca jikkonsisti f’diversi skejjel primarji u sekondarji fil-Marsa, il-Ħamrun, il-Furjana, il-Belt, Raħal Ġdid, Tal-Pietà u Blata l-Bajda.
In-numri jkomplu juru li globalment, l-għadd ta’ kontravenzjonijiet naqsu sena wara sena, hekk kif fis-sena skolastika 2013-14 kien hemm 1,599 kontravenzjoni, fl-2014-15 1,294, u f’dik tal-2015-16 kien hemm 1,146 kontravenzjoni.
Mill-banda l-oħra, l-anqas skola fejn il-ġenituri rċevew kontravenzjoni ta’ dan it-tip hija dik tas-Salesjani St. Patricks