Il-ktieb Tisjir mill-Qalb jirbaħ kompetizzjoni fiċ-Ċina

Ir-raġel tal-President, Edgar Preca, jinsab iċ-Ċina fejn irċieva premju għall-ktieb ‘Tisjir mill-Qalb 2014’ maħruġ mill-Uffiċċju tal-President b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Il-ktieb 
rebaħ il-kategorija bħala l-aqwa ktieb tar-riċetti fid-dinja għal skop filantropiku, fil-Gourmand World Cookbook Awards, li ġie organizzat fiċ-Ċina.
Il-ktieb ‘Tisjir mill-Qalb 2014’ ġie magħżul għal tliet kategoriji, bħala l-aqwa ktieb tar-riċetti bl-iskop li jinġabru fondi għall-persuni fil-bżonn, l-aqwa daħla tal-ktieb li ġie miktub mill-President Marie-Louise Coleiro Preca u magħżul ukoll għall-aqwa fotografija ta’ ktieb tar-riċetti.
Il-ktieb kellu b’kollox tmenin riċetta nkluż riċetti b’ikliet veġetarjani. 

Ritratt: DOI – Rueben Piscopo