Il-ktieb iż-żgħir l-iswed dwar l-iscams u l-frodi

Il-BOV jipparteċipa f’Webinar dwar scams u frodi

Il-Bank of Valletta ser ikun qed jipparteċipa f’webinar ‘Il-Ktieb iż-Żgħir l-Iswed dwar l-Iscams u l-Frodi’ organizzat minn ĠEMMA nhar it-Tlieta 14 ta’ Lulju bejn il-11:00 am u n-12:30 pm.

Il-webinar ser jiffoka fuq scams u frodi li kapaċi wieħed jiltaqa’ magħhom waqt l-użu ta’ servizzi finanzjarji. Hekk kif żdied b’mod sostanzjali l-użu ta’ servizzi finanzjarji diġitali, il-konsumaturi għandhom ikabbru l-għarfien tagħhom fuq kif jistgħu jagħrfu scams jew frodi, jipproteġu il-finanzi tagħhom u jirraportaw mal-awtoritajiet rispettivi f’każ li persuna tinqabad vittma. Numru ta’esperti f’dan il-qasam ser jieħdu sehem f’dan il-webinar u jipprovdu tgħallim fuq kif wieħed jista’ jgħamel użu mis-servizzi diġitali b’mod għaqli u sikur.

Aldo Mamo, Senior Manager Data Protection and Information Security fi ħdan il-Bank of Valletta, Mark Drago,; Deputy Head of Financial Crime Compliance mal-HSBC,; Carm Cachia, Chief Administrator mal-eSkills Malta Foundation u Anthony Tomaselli Chetcuit, Front End Relationship Manager mal-MFSA, ser ikunu qed jingħaqdu ma’ Iris Camilleri Mifsud, konsulenta fi ħdan ĠEMMA mill-Ministeru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali f’din id-diskussjoni.

Kulħadd għandu jagħmel l-almu tiegħu biex jinforma ruħu fuq kif tista’ tikumbatti kontra l-scams u frodi diġitali. Għaldaqstant irreġistra llum fuq https://www.bov.com/Pjazza/upcoming-bov-webinars jew fuq https://gemma.gov.mt. Dan il-webinar b’xejn ser ikun ukoll disponibbli għal pubbliku permezz tal-paġna tal-midja soċjali tal-Bank, u huwa wieħed minn numru ta’ webinars li l-Bank kien qed jorganizza waħdu jew b’kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra bl-għan li jaqsam b’mod informattiv l-aqwa prattika u aġġornamenti fuq suġġetti varji man-negozji lokali u l-konsumaturi.

Dawn il-webinars għandhom skopijiet purament informattivi. Kull informazzjoni matul din is-sessjoni mhijiex u m’għandhiex tinftiehem bħala offerta jew rakkomandazzjoni għall-bejgħ jew solleċitazzjoni ta’ offerta jew rakkomandazzjoni biex tixtri jew tissottoskrivi għal kwalunkwe prodott. Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA u hija liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta) u servizzi ta’ investimenti f’termini tal-Att dwar is-Servizzi tal-Investiment (Kap. 370 tal-Liġijiet ta’ Malta) .

Din l-informazzjoni twasslet mill-BOV Malta.