Bajjiet Maltin f’riskju

Blue Flag Malta wissew illi operaturi li jaħdmu b’mod illegali fuq il-bajjiet Maltin qegħdin ipoġġuhom f’riskju li jitilfu l-Blue Flag Ecolabel tagħhom.
Fi stqarrija, Blue Flag Malta, il-fergħa lokali ta’ organizzazzjoni li tippremja l-bajjiet, faħħret l-azzjoni riċenti li ħadet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) kontra operaturi irresponsabbli ħdejn il-baħar.
Temmew l-istqarrija billi fakkru fl-importanza li għandhom il-bajjiet għaliex iservu bħala post ta’ rilassament għas-soċjetà.
Dan is-sajf, l-MTA ħadet diversi azzjonijiet fuq bajjiet differenti, fejn ikkonfiskat umbrelel u deckchairs mill-bajjiet tal-Armier, Ħondoq ir-Rummien, Blue Lagoon u l-Qawra.