Il-Kroazja se tibda tnaqqas il-miżuri tal-lockdown

FILE PHOTO: A man crossing a street as Croatia is stepping up measures to fight the coronavirus disease (COVID-19) outbreak, in Zagreb, Croatia March 21, 2020. REUTERS/Antonio Bronic

Read in English.

Il-Kroazja se tkun qed tibda tnaqqas mill-miżuri tal-lockdown li introduċiet aktar minn xahar ilu. Il-Prim Ministru Andrej Plenkovic qal li l-Kroazja se tibda billi tiftaħ aktar ħwienet u li t-trasport pubbliku jerġa’ jibda jaħdem fl-ibliet.

Skont ir-Reuters, il-pajjiż ilu fuq lockdown minn nofs Marzu. Miftuħin kien hemm biss ħwienet tal-ikel, spiżeriji, u pompi tal-fuel. S’issa ġew reġistrati mal-2,000 każ tal-COVID-19 b’50 persuna jitilfu ħajjithom minħabba l-virus.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn