“Il-kriżi fl-Amerika hi ta’ theddida għall-ekonomija dinjija” – Christine Lagarde

Il-Kap tal-Fond Monetarju Internazzjonali Christine Lagarde sostniet li l-kriżi fid-dejn tal-Amerika hi ta’ theddida għall-ekonomija dinjija globali.

Christine Lagarde sostniet li n-nuqqas ta’ ftehim dwar is-self tal-Istati Uniti hu aktar ta’ theddida minn dak li qed jiġri fl-Amerika. Dan wara li l-President Amerikan Barack Obama u l-kamra tar-rappreżentanti naqsu li jsibu ftehim u għalhekk il-Gvern preżenti jinsab sospiż.

Waqt id-diskors tagħha, Christine Lagarde sostniet li l-Amerika qed tilħaq l-ammont miftiehem ta’ self u jekk ma tilħaqx ftehim li dan l-ammont jiżdied, l-Amerika tfalli.