Filmat: “Nikkontesta f’każ ta’ elezzjoni għal kap”

Aġġornat 01:57 PM

LIVE minn quddiem id-Dar Ċentrali fejn qed jitlaqqa' l-Kumitat Eżekuttiv. Aktar dettalji: https://bit.ly/3jx01tl

Posted by Newsbook.com.mt on Thursday, July 23, 2020

Read in English.

Rappurtaġġ addizzjonali: Beppe Galea, Charmaine Attard, Christoph Schwaiger

LIVE minn quddiem id-Dar Ċentrali tal-PN. Aktar dettalji: https://bit.ly/3jx01tl

Posted by Newsbook.com.mt on Thursday, July 23, 2020

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista (PN) qal li waqt il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-lejla, ntlaħaq qbil unanimu fuq id-domanda li se titressaq quddiem il-Kunsillieri tal-partit.

“Fuq mozzjoni mressqa minn Adrian Delia ssekondata minn Michael Asciak, il-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista se jintalbu jagħtu l-opinjoni tagħhom għad-domanda: Il-membri tal-Kunsill Ġenerali jiġu mitlub jagħżlu jekk it-tesserati tal-Partit Nazzjonalista fil-Konvenzjoni Ġenerali għandhomx; Jikkonfermaw il-Kap tal-partit jew Jeleġġu Kap tal-Partit Nazzjonalista,” qal il-PN.

Il-Kunsill Ġenerali tal-partit se jitlaqqa’ l-Ġimgħa 31 ta’ Lulju u l-votazzjoni se ssir l-għada s-Sibt l-1 ta’ Awwissu.

Wara l-laqgħa Adrian Delia qal li jekk ikun hemm elezzjoni għal kap ġdid, huwa jikkontesta din l-elezzjoni. Saħaq li kien kuntent li kien hemm qbil unanimu fuq il-mozzjoni tal-lum. Qal li huwa vot favur id-demokrazija. Qal li l-Kap tal-PN irid jirrifletti l-għażla tal-aktar firxa wiesgħa.

Wara l-laqgħa s-Segretarju Ġenerali tal-PN Francis Zammit Dimech qal li kulħadd ħareġ rebbieħ. Qal li kien hemm qbil li din għandha tkun għażla tat-tesserati.

LIVE minn quddiem id-Dar Ċentrali tal-PN. Aktar dettalji: https://bit.ly/3jx01tl

Posted by Newsbook.com.mt on Thursday, July 23, 2020

Grazzi minn qalbi lil kollegi membri tal-Kumitat Ezekuttiv tal-Partit ghal diskussjoni li ghadha kif intemmet f’Laqgha…

Posted by Alex Perici Calascione on Thursday, July 23, 2020

Aktar kmieni l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kiteb lill-President tal-Kunsill Ġenerali Ċensu Galea biex jibda l-proċess biex il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex eventwalment isejjaħ għall-Konvenzjoni Ġenerali għal vot fost it-tesserati. Madanakollu Michael Axiaq ippreżenta mozzjoni fejn qed jipproponi li l-Kunsill Ġenerali jiltaqa’ biex jivvota dwar jekk Delia għandux jibqa’ l-Kap tal-PN u biex jibda l-proċess għal Kap ġdid.

LIVE minn quddiem id-Dar Ċentrali tal-PN. Aktar dettalji: https://bit.ly/3jx01tl

Posted by Newsbook.com.mt on Thursday, July 23, 2020

Aqra l-ittra li bagħat Dr Adrian Delia lil Ċensu Galea

Fl-ittra, li ppreżenta waqt il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà, Dr Delia stqarr li l-aġenda tal-Kunsill Ġenerali se tinkludi indirizz mill-Kap tal-Partit, u votazzjoni mill-Kunsilliera tal-Kunsill Ġenerali għad-domanda – Inti taqbel li għandha tissejjaħ Konvenzjoni Ġenerali tliet ġimgħat oħra biex it-tesserati tal-PN jikkonfermaw u jagħtu vot ta’ fiduċja lil Kap tal-Partit Dr Adrian Delia?

Delia affaċċjat b’mozzjoni fl-Eżekuttiv

Dritt wara lil Delia kkomunika l-proposta tiegħu, Michael Axiaq ippreżenta mozzjoni li tgħid lill-Eżekuttiv isejjaħ Kunsill Ġenerali biex isir vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia u biex jibda l-proċess tal-għażla ta’ Kap mit-tesserati. Sorsi infurmati qalu ma’ Newsbook.com.mt li Axiaq dam 20 minuta jipprova jaqra l-mozzjoni iżda mhux jitħalla jaqraha.

Il-mozzjoni tgħid hekk: Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista jirriżolvi li jlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista f’sessjoni plenarja nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju 2020 mis-6.00 p.m. sat-8.00 p.m., nhar is-Sibt 1 ta’ Awwissu 2020 mid-9.00 a.m. sas-7.00 p.m. bħala l-jum tal-votazzjoni u nhar l-Erbgħa 29 ta’ Lulju 2020 mill-4.00 p.m. sad-9.00 p.m. bħala l-jum ta’ votazzjoni bikrija, esklussivament b’din l-aġenda:

Wara d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kumitat Eżekuttiv u mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista li bihom esprimew li m’għandhomx fiduċja fil-Kap tal-Partit Nazzjonalista u fil-Kap tal-Oppożizzjoni rispettivament, il-Kunsill Ġenerali issa jirriżolvi li Adrian Delia m’għadux igawdi l-fiduċja tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista u jiddeċiedi li jibda l-proċess biex jiġi elett Kap tal-Partit Nazzjonalista mit-tesserati skont il-proċeduri li jipprovdi l-Istatut tal-Partit Nazzjonalista.

IVA (favur il-mozzjoni)
LE (kontra l-mozzjoni)

Sors ta’ Newsbook qal li Delia qed joġezzjoni għall-mozzjoni ta’ Axiaq. Delia ma jridx li tiġi diskussa jew li jittieħed vot dwarha. Delia saħaq li hu ddeċieda li jsejjaħ il-Kunsill Ġenerali u li l-istorja tintemm hemm. Waqt li l-membri kienu qed jiddiskutu, kemm-il darba nstema’ tisbit mal-mejda.

Il-laqgħa tal-Eżekuttiv qed titmexxa minn Ċensu Galea peress li Alex Perici Calascione huwa assenti peress li huwa marid. Perici Calascione qed jipparteċipa permezz ta’ Zoom.

Hu mistenni li Ċensu Galea jagħti ruling dwar jekk hux se jsir vot ta’ fiduċja jew inkella jekk it-tesserati jkollhom l-għażla dwar min iridu li jmexxi lill-PN. Sors qal li Delia, Said, u Galea ilhom aktar minn 45 minuta jiddiskutu ż-żewġ mozzjonijiet biex jippruvaw isibu t-triq ‘il quddiem. Jekk ma jintlaħaqx kompromess, Galea jagħti ruling. Madanakollu qed isir sforz biex ikun hemm qbil fuq mozzjoni waħda li titressaq f’laqgħa waħda tal-Kunsill Ġenerali.

Meta ntemmet din id-diskussjoni l-Eżekuttiv intalab jivvota dwar din il-mozzjoni:

Il-Membri tal-Kunsill Ġenerali jiġu mitluba jagħżlu jekk it-tesserati tal-Partit Nazzjonalista fil-Konvenzjoni Ġenerali għandhomx:

A. Jeleġġu Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista
jew
B. Jikkonfermaw il-Kap

Għas-1am intlaħaq qbil fuq din il-mozzjoni.

Il-MP Chris Said qal li din il-mozzjoni għaqdet liż-żewġ naħat u li l-Kunsill Ġenerali se jissejjaħ ftit ġranet oħra.

“Se mmur għand in-nies” – Delia

Hekk kif bdiet il-laqgħa tal-Eżekuttiv, Adrian Delia tella’ filmat fuq Facebook fejn qal li se jmur għand in-nies, “għal kemm-il darba hemm bżonn… nistaqsihom iridux li nkun jien fuq quddiemnett f’dan il-vjaġġ tagħna”.

Se mmur għand in-nies

Ilbieraħ kont mistieden fi programm soċjo-reliġjuż. Staqsewni jekk Alla għandux futur?, fil-politika?Staqsewni nitlobx kuljum?Imma wkoll nagħti kas l-opinjoni tan-nies, is-surveys, il-vot tagħhom? Hux vera nħobbx il-partit u lil pajjiżi? Iva Iva Iva Iva. Ġo moħħi, f’qalbi r-risposti ċari. Imma allura aħjar nibqa’ jew għal aħjar ġid nitlaq. Tkellimt ma’ ħafna dawn il-ġranet. Smajt mijiet dawn il-ġimgħat. Irċevejt eluf ta’ messaġġi.Grazzi, minn qalbi. Dawk li ħeġġewni nibqa’ sod, dawk li bkew biex nibqa’ u iva grazzi wkoll lil dawk li bi kliemhom u għemilhom weġġgħu lili imma iktar lil dawk li nħobb.Iva grazzi għax għamiltuni iktar b’saħħti. Imlejtuni b’iktar kuraġġ. Imma wara li tisma’, tiddiskuti, tixtarr u tqis. Wara li titlob fil-kwiet biex tagħmel l-għażla t-tajba trid tiddeċiedi. Illum fl-uffiċċju fl-aħħar sigħat kont qed infittex xi dokumenti għal-lejla u f’idejja waqgħet din. Waħlet m’idi proprja, u flok bħal dejjem smajt il-kant ta’ innu li jsaħħrek qrajt il-kliem li urewni t-triq.Illejla l-għedewwa jriduna nogħtru imma wlied il-partit iriduh joħroġ MILL-OPPRESSJONI.Illejla dawk li qed jittamaw li akkost ta’ kollox jifirdu biex tissaħħaħ il-kriminalita’ se jifhmu li Nazzjonalist veru, kattoliku u Malti maħluf.Ftakart li N-NAZZJONALISTI biex IQUMU BL-ELUF iridu JIĠU MILL-IBLIET U MILL-KAMPANJI, mhux fil-mument tal-glorja, imma FIS-SIEGĦA TAT-TAQBID. Għax din mhix tiġrija jew kampanja. Din IL-ĠLIEDA TAL-ART TAGĦNA. U IVA ALLA QIEGĦED MAGĦNA. U FL-AĦĦAR NIRBĦU ŻGUR. Dik ir-ruħ tal-partit tagħna. Kienet għada u tibqa’.Se mmur għand in-nies. Jien, għal darb’oħra, għal kemm-il darba hemm bżonn, sabiex filwaqt li nitlobhom jiftakru min aħna, mnejn ġejna u nagħmillhom kuraġġ li flimkien nistgħu naslu bl-ikbar umilta’ nistaqsihom iridux li nkun jien fuq quddiemnett f’dan il-vjaġġ tagħna.

Posted by Adrian Delia on Thursday, July 23, 2020

“Il-proposta tal-Kap tmur kontra l-Istatut”membru

Membru tal-Eżekuttiv qal ma’ Newsbook.com.mt li l-proposta tal-Kap tmur kontra l-Istatut. Stqarr liIt-tesserati ma jistgħux jivvutaw f’vot ta’ sfiducja imma jivvutaw biss f’kontestazzjoni għal kap ġdid. It-tieni mozzjoni qed tgħid li “mmorru f’Kunsill biex tinfetaħ kontestazzjoni għal Kap ġdid”.

‘Fl-istatut ma jeżisti l-ebda vot ta’ fiduċja mit-tesserati’ – Hewitt

Delia qalilna li rridu nimxu strettament ma' l-istatut (mhux mall-Kostituzzjoni.. sic). Jaf ukoll li fl-istatut ma…

Posted by Wayne Hewitt on Thursday, July 23, 2020

“Delia jrid li t-tesserati jiddeċiedu” – kunsilliera tal-PN tal-Marsa

Il-Kunsilliera tal-PN tal-Marsa Charmaine Aquilina qalet li Delia jrid li t-tesserati jiddeċiedu billi jkun hemm vot ta’ fiduċja fih. Qalet li d-deputati Chris Said u Karol Aquilina ma jridux.

Adrian Delia irid li t-tesserati jiddeciedu billi jiehdu vot ta fiducja fih. Izda d-deputati ribelli, ewlenin fosthom:…

Posted by Charmaine Aquilina on Thursday, July 23, 2020

‘Gidba li jiena jew oħrajn irridu nneħħu l-vot lit-tesserati’ – Jason Azzopardi

Il-MP Jason Azzopardi qal li hija gidba li hu jew xi deputati oħra jridu li jneħħu l-vot lit-tesserati fl-għażla tal-Kap tal-PN.

“Bil-maqlub, aħna rridu lit-tesserati jivvotaw. Irriduhom jagħzlu l-Kap u rridu li jkollhom għazla ta’ kandidati validi bejn min jagħżlu,” qal Azzopardi.

Hija gidba li jiena jew xi Deputati ohrajn irridu nnehhu l-vot lit-tesserati fl-ghazla tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista….

Posted by Jason Azzopardi on Thursday, July 23, 2020

L-MPs Chris Said, Karol Aquilina, u Claudio Grech kitbu kliem simili.

Hija gidba li jiena jew xi Deputati ohrajn irridu nnehhu l-vot lit-tesserati fl-ghazla tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista….

Posted by Chris Said on Thursday, July 23, 2020

Hija gidba li jiena jew xi ħadd ieħor irridu nneħħu l-vot lit-tesserati fl-għażla tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista….

Posted by Karol Aquilina on Thursday, July 23, 2020

Gidba mill-bidu sal-ahhar. Thallux lil min jabbuza minnkom u fakkru lil min qed jibghatilkom l-instructions biex joqghod aktar attent lil min qed jibghathom. Sahhiet u l-lejl it-tajjeb.

Posted by Claudio Grech on Thursday, July 23, 2020

It-tnejn iridu jmorru għand it-tesserati – Editur tal-Illum

L-Editur tal-gazzetta Illum qal spjega li kemm Delia kif ukoll dawk ta’ kontrih iridu jmorru għand it-tesserati.

“Wieħed irid itellaq waħdu u l-oħrajn iridu li jqaċċtuh qabel tellieqa jew itellgħu ż-żiemel tagħhom ma’ Delia,” kiteb Albert Gauci Cunningham fuq Facebook.

Ghal min thawwad. Delia jrid li l-Kunsill Generali jiddeciedi biex it-tesserati jiddeciedu ghandhomx fiducja fih. Ta'…

Posted by Albert Gauci Cunningham on Thursday, July 23, 2020

Membri tal-Eżekuttiv deħlin għal-laqgħa:

Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt jidher li l-eks kap Nazzjonalista Lawrence Gonzi mhux preżenti għal-laqgħa tal-Eżekuttiv, b’kuntrast għall-ġimgħa li għaddiet.

Skont kelliem għall-PN, fuq l-aġenda tal-laqgħa hemm il-kontinwazzjoni tad-diskussjoni dwar is-sitwazzjoni politika tal-PN ta’ bħalissa. Il-mistoqsija fuq fomm kulħadd, inkluż editorjali fil-ġurnali lokali hija jekk il-kwistjonijiet interni tal-PN hux se jissolvew jew hux se jiggravaw wara l-laqgħa tal-lejla.

Propju lbieraħ, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia laqqa’ lill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista fid-Dar Ċentrali sabiex jiddiskutu dak li ġara issa li Melvin Theuma, is-sensar fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, allegatament ipprova jweġġa’ lilu nnifsu serjament u issa jinstab l-isptar għall-kura. Wara madwar 40 minuta, għadd ta’ Membri Parlamentari bdew ħerġin mil-laqgħa għax riedu li jiddiskutu biss il-kriżi fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista qabel ma jiddiskutu suġġetti oħrajn.

Hu u dieħel fid-Dar Ċentrali, Adrian Delia qal lill-ġurnalisti li huwa ċar li l-laqgħa tal-lum se tkun fuq il-kwistjoni tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Delia sejjaħ l-aħħar żvilupp wieħed trawmatiku u traġiku, u li ma jafux fejn se jasal. Qal li l-politika tidħol b’mod dirett peress li Theuma huwa xhud tal-istat. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li jiddispjaċih li għadha ma ħarġet l-ebda stqarrija la min-naħa tal-Prim Ministru u lanqas min-naħa ta’ ebda Ministru.

Mal-wasla tagħha, Dr Therese Comodini Cachia qalet li wara dak li ġara dan il-lejl, jidher aktar ċar li l-pajjiż għandu bżonn Oppożizzjoni kredibbli u serja. Għalhekk, stqarret li l-unika ħaġa li kienu beħsiebhom jiddiskutu f’din il-laqgħa kienet kif il-Kap tal-PN Adrian Delia juri rispett lejn iż-żewġ voti ta’ fiduċja li ffaċċja.

Wara madwar 40 minuta, il-Membri Parlamentari bdew ħerġin mil-laqgħa peress li huma riedu lil Delia jgħidilhom x’se tkun it-triq ‘il quddiem fir-rigward tat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, mentri hu ried jiddiskuti l-aħħar żviluppi b’rabta ma’ Melvin Theuma. Comodini Cachia sostniet li l-Oppożizzjoni teħtieġ li tkun waħda soda u unita biex tiġġieled “ix-xibka tal-korruzzjoni li ħakmet lill-pajjiż taħt Gvern Laburista.” Hija qalet li l-PN ma jistax jiddiskuti lil Melvin Theuma qabel ma jiddiskuti l-voti ta’ fiduċja li tilef Delia.

Bħalissa, hemm kriżi sħiħa fil-Partit Nazzjonalist hekk kif il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia rċieva żewġ voti ta’ sfiduċja, l-ewwel mill-Grupp Parlamentari, imbagħad mill-Eżekuttiv tal-Partit. Id-19-il membru parlamentari li vvutaw kontra Delia kienu talbu lill-President ta’ Malta jaħtar bħala Kap tal-Oppożizzjoni lil Therese Comodini Cachia, madanakollu, il-President kien qal li se jħalli lill-PN jagħmel id-deċiżjonijiet tiegħu. Min-naħa tiegħu, Delia baqa’ jinsisti li hu kien l-għażla tat-tesserati, u għalhekk ma kienx se jirreżenja mill-irwol tiegħu ladarba kien elett demokratikament.

Fl-editorjal tan-Nazzjon, il-jum tal-lum ġie deskritt bħala “jum importanti fl-istorja riċenti tal-Partit Nazzjonalista”. Sostna li l-laqgħa se tkun qed titfa’ ħjiel dwar xi triq se jagħżel il-Partit Nazzjonalista biex joħroġ minn din is-sitwazzjoni politika diffiċli li jinsab fiha. L-editorjal ikompli jgħid li “wieħed jittama li kulħadd ikun għaqli meta jitkellem u li kulħadd iġib l-interess tal-partit [tagħhom] qabel kull interess ieħor li jista’ jkollu.” Qal li t-tgħajjir mhux se jsolvi l-problemi, iżda hemm bżonn sforz qawwi ta’ rikonċiljazzjoni u li “kulħadd jerfa’ r-responsabbiltajiet tiegħu”. L-editorjal jirrimarka li l-karigi fi ħdan il-partit ma jimtlewx bl-addoċċ. “Kulħadd ikun magħżul bil-voti li jaslu minn strutturi diversi tal-partit. Għalhekk il-Kap tal-Partit, it-tmexxija tal-Partit, il-Kumitat Eżekuttiv, il-Kunsill Ġenerali, il-Kunsill Amministrattiv, il-Grupp Parlamentari u l-organi l-oħra kollha tal-Partit għandhom l-importanza tagħhom u jixirqilhom ir-rispett.”

Intant, l-editorjal tal-ġurnal The Independent spjega kif Delia wiegħed li se jkun qed jieħu azzjoni konreta kontra l-MPs li jirrifjutaw li jaħdmu miegħu. Intant, sostna li Delia ma jistax jaqbad u jkeċċihom mill-partit u biex jagħmel dan, irid is-sapport tal-Kumitat Eżekuttiv. L-istess kumitat li tah vot ta’ sfiduċja l-ġimgħa li għaddiet. L-editorjal jagħmel referenza għall-azzjoni dixxiplinarja fil-konfront ta’ grupp ta’ żgħażagħ fl-MŻPN li tkellmu fuq il-midja soċjali mingħajr l-approvazzjoni tal-Eżekuttiv. Is-Segretarju Ġenerali tal-PN, Francis Zammit Dimech kien talab lin-naħat kollha tal-partit sabiex ma jikkummentawx dwar is-sitwazzjoni preżenti fil-partit. Il-ġurnal sostna li t-triq ‘il quddiem għall-partit mhux gwerra ċivili u theddid dixxiplinarju, iżda djalogu u rikonċiljazzjoni u deċiżjonijiet magħmula bis-sens komun li jgħaqqdu ż-żewġ fazzjonijiet li prinċipalment qed jissieltu għall-istess għanijiet.

Filmati: Beppe Galea, Nicole Borg