Il-poplu fi Krimea favur li jissieħeb mar-Russja

Aktar minn 95% ivvutaw biex il-Krimea jingħaqad mar-Russja f’referendum li ressaq il-Parlament tal-istess pajjiż.
Dan ir-riżultat tħabbar ma’ nofs l-għadd tal-voti.

Skont il-Kummissjoni Elettorali, il-persentaġġ ta’ persuni li ħarġu jivvutaw kien jammonta għal 83%.
Dawk favur is-sħubija ta’ dan il-pajjiż mar-Russja, inġabru fil-pjazza Lenin ftit biss wara li għalqu l-votazzjonijiet tar-referendum li r-riżultat tiegħu kien eżatt kif mistenni.