Il-Kremlin jiċħad li għandu materjal kompromettenti dwar Donald Trump

Il-Kremlin ċaħad allegazzjonijiet li aġenziji ta’ intelliġenza Russi għandhom materjal kompromettenti dwar il-President-elett tal-Istati Uniti Donald Trump.
Il-Gvern Russu qal li dawn l-allegazzjonijiet huma fittizji u “attentat ċar biex jagħmlu ħsara lir-relazzjonijiet.”
Allegazzjonijiet, li evidenza dwarhom għadha ma kinitx ippublikata, qed jgħidu li r-Russja għandha informazzjoni dwar Donald Trump li tinvolvi prostituti.
L-istess allegazzjonijiet qalu li l-kampanja presidenzjali tiegħu kkomunikat bil-moħbi ma’ Moska.
Trump minnufih ċaħad dawn l-allegazzjonijiet.
Intant aktar tard illum, il-President-elett mistenni jindirizza konferenza, disat ijiem qabel ma jieħu l-ġurament uffiċjali.
X’aktarx li se jkun qed jitkellem dwar kif se jiddistakka ruħu min-negozju tiegħu iżda żgur li l-ġurnalisti se jsaqsuh dwar dan.
Il-ġimgħa li għaddiet, aġeniziji ta’ intelliġenza Amerikani ippublikaw rapport li fih jindikaw kif ir-Russja ħadet sehem f’kampanja ta’ hacking biex tinfluwenza r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali li rebaħ Trump f’Novembru.