Il-kremazzjoni qerdet l-evidenza fil-Ġermanja; infermier ħati li qatel 85 pazjent

Arkivji

Eks infermier instab ħati li qatel 85 pazent f’żewġ sptarijiet fil-Ġermanja u ngħata sentenza ta’ għomor il-ħabs. Il-Pulizija temmen li seta’ qatel ferm aktar imma l-kremazzjoni tal-iġsma kienet qerdet kull evidenza li seta’ kien hemm.

Skont il-BBC, l-imħallef iddeskriva dak li għamel Högel bħala inkomprensibbli.

Högel li diġà qed iservi sentenza ta’ għomor il-ħabs għal żewġ omiċidji amministra dożi fatali ta’ mediċina tal-qalb lil pazjenti fil-kura tiegħu bejn l-1999 u l-2005.