MH17: Il-kraxx seta’ jitqies bħala krimini tal-gwerra

Il-kraxx tat-titjira tal-Malaysia Airlines MH17 fil-lvant tal-Ukraina jista’ jitqies bħala krimini tal-gwerra.
Hekk sostna l-kelliem tan-Nazzjonijiet Magħquda għad-Drittijiet tal-Bniedem.
Ġlied fiż-żona fejn waqa’ l-ajruplan reġa’ waqqaf it-tentattivi li l-pulizija internazzjonali jmorru fuq il-post. 
Il-Gvern Ukren u Gvernijiet oħra fil-Punent tal-Ewropa jemmnu li kienu s-separatisti Russi li waqqgħu l-ajruplan, permezz ta’ missili li ngħataw mill-Gvern Russu.
F’din l-istraġi mietu 298 persuna, li maġġoranza tagħhom kienu Olandiżi.
Ir-Russi u s-separatisti qed isostni li l-ajruplan twaqqa’ apposta mis-suldati Ukreni.