Il-kowċ Bob Higgins ħati ta’ 45 każ ta’ pedofelija

Il-vittmi ta’ pedofelija minn kowċ tal-futbol infaqgħu jibku hekk kif il-kowċ instab ħati ta’ 45 każ ta’ pedofelija. Il-qorti ta’ Bournemouth semgħet kif Bob Higgins ta’ 66, kien jabbuża mill-pożizzjoni li kellu bħala kowċ taż-żgħażagħ ta’ Southampton u ta’ Peterborough United biex jabbuża fiżikament mill-plejers li kien jittrenja.

Bejn l-1985 u l-1989, Higgins kien ġie Malta hekk kif kien imqabbad mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol biex jikkowċja f’Malta. Għal xi żmien, Higgins kien projbit milli jkompli jaħdem mal-Assoċjazzjoni Maltija minħabba l-każijiet li kellu l-qorti, biex umbad telaq minn Malta fl-1994 u mar ma’ Peterborough.

Higgins kien akkużat b’51 reat bejn l-1971 u l-1996 iżda ingħata l-ħelsien minn ħamsa minnhom u wara li l-ġurija ddeliberat għal 41 siegħa, ma setgħetx tieħu deċiżjoni dwar il-bqija.