‘Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja’ waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019

Read in English.

Id-duo komiku popolari Danusan u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb reġgħu għal darb’oħra ħadmu flimkien biex jittellgħu xows bil-għan li jiġu ċċelebrati l-kotba u l-qari.

Dawn ix-xows huma eċċellenti għall-familji bit-tfal, għax waqt li jgħallmu tistgħu tistennew siegħa u nofs ta’ daħk u divertiment.

Id-Danusan se jkunu qed jippreżentaw bil-mod uniku tagħhom xows li juru l-importanza tal-qari, u t-testi li se jużaw bħala bażi se jkunu kotba li jkunu għadhom kif rebħu l-Premju Terramaxka għat-Tfal 2019. Il-kotba rebbieħa jitħabbru waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb fil-5 ta’ Novembru.

‘Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja’ se jinżammu fir-Republic Hall, Dar il-Mediterran, u l-biljetti għat-tliet xows (il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru fit-8pm, is-Sibt 9 ta’ Novembru fis-7pm u l-Ħadd 10 ta’ Novembru fit-3pm) issa huma disponibbli għall-bejgħ fuq is-sit tal-MCC u showshappening.com . Il-biljetti jibdew minn 5€.

Ejja x-xow u meta tippreżenta l-biljett mal-bieb tingħata vawċer ta’ 3€ li tista’ ssarrfu għand kwalunkwe eżebitur li se jkun hemm waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.

Ixtri l-biljett tiegħek minn hawnhekk.

Żur ukoll il-paġna tal-Facebook tal-KNK u l-paġna tal-avveniment tal-MBF biex issir taf aktar dwar dan u avvenimenti oħra.

Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019, fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran (MCC),  huma:L-Erbgħa 6 ta’ Novembru: 9.00 am – 1.00 pm, 5.30 – 9.30 pm
Il-Ħamis 7 ta’ Novembru: 9.00 am – 1.00 pm, 5.30 – 9.30 pm
Il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru: 9.00 am – 1.00 pm, 5.30 – 10.00 pm
Is-Sibt 9 ta’ Novembru: 9.30 am – 10.30 pm
Il-Ħadd 10 ta’ Novembru: 8.30 am – 8.00 pm