Il-korruzzjoni hija kanċer – il-Papa

REUTERS/Ann Wang

Read in English.

Il-Papa Franġisku qal li l-korruzzjoni hija kanċer li ddgħajjef id-dinjità personali. Huwa qal dan fi tweet fil-jum Internazzjonali Kontra l-Korruzzjoni li ġie ċċelebrat madwar id-dinja kollha t-Tnejn.

Il-Papa spjega kif “il-korruzzjoni ddgħajjef id-dinjità tal-persuni u tkisser l-ideali tajbin u sbieħ kollha”.

“Is-soċjetà kollha hija msejħa biex taħdem b’mod konkret biex tiġġieled il-kanċer tal-korruzzjoni li bl-illużjoni ta’ qligħ ta’ malajr u faċli fil-fatt ifaqqar lil kulħadd”.

Dan il-Jum Internazzjonali Kontra l-Korruzzjoni beda jiġi mfakkar mill-2003 bil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Korruzzjoni biex iqajjem kuxjenza pubblika dwar miżuri kontra l-korruzzjoni.