Il-Korporazzjoni tal-Ilma se tkun mudell għall-pajjiżi oħra

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tibda toffri s-servizzi tagħha barra minn Malta. It-Tuneżija u x-Xatt tal-Punent fil-Palestina għadhom kemm daħlu fi ftehim mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Fi stqarrija, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qalet li l-ftehim ntlaħaq fi tmiem il-konferenza Internazzjonali tal-Bank Dinji li ttellgħet f’Malta din il-ġimgħa.
Il-Korporazzjoni se tibda toffri l-għarfien tagħha lil dawn iż-żewġ pajjiżi fosthom dwar l-operat ta’ Reverse Osmosis.
Timijiet speċjalizzatti mill-Korporazzjoni mistennija jibdew il-ħidma tagħhom barra l-pajjiż bejn Settembru u Ottubru li ġej.