Klieb u żwiemel ifakkru l-anniversarju tal-Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija se jkompli jiċċelebra l-203 snin anniversarju minn meta twaqqqaf f'Għawdex peremzz tal-kunċert mużikali bil-parteċipazzjoni tas-sezzjoni tal-klieb u żwiemel tal-Kavellerija.
Il-programm se jibda b'quddiesa fis-6.30pm għall-Pulizija u pensjonanti ġewwa l-Kappella taċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija, Għawdex u wara jsir it-tqegħid ta’ kuruni fuq il-qabar tal-Korp.
Fit-8pm se jsir kunċert mużikali mill-Banda tal-Pulizija fil-Menqa, kif ukoll wirja mill-Precision Drill Team.
Preżenti ukoll se jkun hemm membri mis-Sezzjoni tal-Klieb, żwiemel tal-Kavallerija u mutur mis-Sezzjoni tat-Traffiku. 
Ritratt: Arkviji Ian Noel Pace