Il-Korea t’Isfel timxi lejn l-ugwalità biex jiżdiedu t-tfal

REUTERS/Kim Hong-Ji

F’għaxar snin, il-Korea t’Isfel nefqet l-ekwivalenti ta’ ekonomija żgħira Ewropea biex tikkumbatti l-kriżi ta’ nuqqas ta’ tfal, iżda xorta ir-rati ta’ twelid tagħha naqqsu għall-anqas fid-dinja. Dis-sena, il-President Moon Jae-In iddeċieda li jipprova xiħaġa ġdida: li n-nisa jiġu trattati b’mod iżjed ugwali.

Fi tmiem is-sena li għaddiet, il-Korea t’Isfel ħabbret pjanijiet fejn il-ġiex ġenituri se jitħallew jieħdu leave tal-ġenituri fl-istess waqt, u estendiet il-leave mħallas għall-missirijiet. Barra minn hekk, min iħaddem se jkollu inċentivi sabiex iħallu l-ġenituri jaħdmu inqas sigħat.

Issa wkoll, l-omm se tkun tista’ tiddeċiedi li tagħti kunjomha lit-tarbija, u l-għażla fejn tispjega li t-tarbija twieldet barra miż-żwieġ se titneħħa minn fuq formoli. Nisa waħedhom u koppji mhux miżżewġin issa se jkunu jistgħu jagħmlu wkoll trattamenti tal-fertilità, u se jkun hemm kampanji sabiex l-irġiel jieħdu iżjed sehem fid-dar u mat-tfal.

Dan wara li l-Gvern ta’ qabel, fl-2016, prova joħloq sit elettroniku fejn kien qed juri informazzjoni dwar nisa t’età tat-tqala, żwiġijiet, u twelid, f’ħin reali, biex jipprova joħloq kompetizzjoni bejn ir-reġjuni. Is-sit tneħħa kważi mill-ewwel, wara li nisa qalu li jħossuhom qishom fabbrika tat-tqala meta jaraw affarijiet hekk.