Il-Korea ta’ Isfel tirdoppja l-provi ta’ ikel ikkontaminat mill-Ġappun

Read in English.

Il-Korea ta’ Isfel ħabbret li se tirdoppja l-provi tal-ikel impurtat mill-Ġappun biex taċċerta ruħha li mhux ikkontaminat bir-radjazzjoni mill-impjant nukleari ta’ Fukushima li kien ġarrab xi ħsara kawża ta’ tsunami.

Ir-relazzjonijiet bejn il-Ġappun u l-Korea ta’ Isfel, li t-tnejn huma alleati tal-Istati Uniti, jinsabu fl-agħar fażi f’dawn fl-aħħar sentejn, kawża ta’ tilwim kummerċjali. It-tilwim kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi ilu għaddej għal numru twil ta’ snin minħabba nuqqas ta’ kumpens għall-ħaddiema mill-Korea ta’ Isfel li kienu sfurzati jaħdmu għall-Ġappun fi żmien il-Gwerra.

Il-Ministeru għall-Ikel u sigurtà tad-droga tal-Korea ta’ Isfel qal li se jkunu rduppjati l-provi tal-prodotti tal-ikel li huma magħrufa li ġew ritornati dawn l-aħħar ħames snin wara li kienu nstabu fihom traċċi ta’ radjazzjoni.

Madwar żewġ tunellati minn 190,000 tunnellata ta’ ikel fis-sena impurtat mill-Ġappun jinstab li jkun ikkontaminat bir-radjazzjoni. Din ir-radjazzjoni hi kawża ta’ tsunami li laqgħat l-impjant ta’ Fukushima fl-2011.