“Il-Korea ta’ Fuq xorta tibqa’ theddida” – Donald Trump

Reuters

Read in English.

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ġedded is-sanzjonijiet fil-konfront tal-Korea ta’ Fuq fejn qal li hemm “theddida straordinarja”. Trump qal dan wara li 10 ijiem biss ilu, fuq Twitter kien qal li m’hemm l-ebda riskju minn Pyongyang. Huwa qal dan wara l-laqgħa li kellu mal-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un.

Il-Pentagon qal li l-għan ewlieni ta’ dawn il-kummenti ta’ Trump kienu li jappoġġja n-negozjati diplomatiċi. Dawn il-kummenti waslu wara deċiżjoni biex jissospendi eżerċizzju militari konġunt bejn l-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel li kien ippjanata li jsir f’Awwissu li ġej.

Il-President Trump wiegħed li jtemm dawn li sejjaħ bħala “logħob tal-gwerra” bejn l-alleati.