Il-Korea ta’ Fuq twiegħed li se ġġiegħel l-Istati Uniti “jħallas prezz”

Il-Korea ta’ Fuq wiegħdet li se tkun qed twieġeb u ġġiegħel lill-Istati Uniti “jħallas prezz” għas-sehem tiegħu biex ġew introdotti sanzjonijiet ġodda fil-konfront tagħha.
Dawn ġew introdotti minħabba l-programm nukleari tal-Korea ta' Fuq wara li  għaddew b’mod unanimu mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda
Is-sanzjonijiet maqbula se jkunu qed inaqqsu b’terz id-dħul tal-Korea ta’ Fuq mill-esportazzjoni.
Minkejja s-sanzjonijiet, il-Korea ta’ Fuq qalet li se tkompli bil-programm nukleari tagħha.
Intant il-Korea ta’ Isfel qalet li l-Korea ta’ Fuq irrifjutat offerta biex jibdew diskussjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi, bil-Korea ta’ Fuq tgħid li dawn in-negozjati ma kinux se jkunu sinċiera.