Il-Korea ta’ Fuq twerwer lill-komunità internazzjonali

L-ikbar biża ta’ ħafna pajjiżi madwar id-dinja seħħet il-bieraħ hekk kif fil-Korea ta’ fuq inħass theżżiż simili ħafna għal terremot.

Dan it-theżżiż aktarx ifisser li dan il-pajjiż, li tant huwa sigriet fil-politika tiegħu, wettaq it-tielet parti minn serje ta’ eżamijiet nukleari.

Il-Korea ta’ Fuq wettqet eżamijiet simili fl-2006 u l-2009, minkejja twissijiet mill-komunità internazzjonali.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda wissa li se jkun hemm konsegwenzi koroħ jekk dan il-pajjiż ma jispjegax b’mod ċar x’inhuma l-intenzjonijiet tiegħu fejn jidħlu żviluppi nukleari.