Il-Korea ta’ Fuq tuża l-faħam biex tagħti spinta lill-ekonomija

Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un qed jara l-faħam bħala mod ewlieni biex tingħata spinta lill-ekonomija, imma l-ħruq ta’ aktar faħam jista’ jiggrava l-livell ta’ tniġġis f’pajjiż li hu diġà magħruf għall-arja tossika li għandu.

Bil-pajjiż mgħobbi bil-piż ta’ sanzjonijiet internazzjonali minħabba l-programm tiegħu għal armi nukleari, l-analisti qalu li Pyongyang spiċċa biex żied l-użu domestiku tal-faħam.

Seba’ impjanti tal-enerġija tal-faħam u impjant wieħed li jaħdem biż-żejt jipproduċu kważi 50% tal-elettriku tal-Korea ta’ Fuq. Għall-familji, il-faħam huwa wkoll sors ewlieni għat-tisjir u t-tisħin.

Iżda dipendenza akbar fuq il-faħam, hekk kif Kim ħabbar fl-indirizz tas-Sena l-Ġdida, jista’ jkollha implikazzjonijiet fatali.