Il-Korea ta’ Fuq tispara projezzjonijiet wara li falla s-samit mal-Amerka

Read in English.

Il-Korea ta’ Fuq sparat diversi projezzjonijiet qosra mill-kosta tal-Lvant tagħha. Dan ikkonfermawh xi analisti li qalu li l-pajjiż qed iżid il-pressjoni tiegħu fuq l-Amerka wara li s-samit nukleari li sar fi Frar bejniethom falla.

Kieku l-projezzjonijiet li s’issa għadhom ma ġewx identifikati kienu missili, din kienet tkun l-ewwel darba li ntużaw missili minn mindu t-Tramuntana sparat missila ballistika interkontinentali (ICBM) f’Novembru tal-2017. Ftit wara dak it-test tal-missili, it-Tramuntana kienet iddikjarat li l-forza nukleari tagħha kienet kompluta.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-Korea t’Isfel tal-Kapijiet tal-Istaff Konġunt qal li t-Tramuntana sparat diversi projezzjonijiet ta’ medda qasira mit-Tramuntana tal-belt ta’ Wonsan u li rnexxielhom itiru bejn 70 u 200 kilometru.