Il-Korea ta’ Fuq tispara missila fil-baħar tal-Ġappun

Il-Korea ta’ Fuq sparat missila bħala prova fil-baħar tal-Ġappun mill-port ta’ Sinpo.
Il-Ministru għad-Difiża tal-Korea ta’ Fuq qal li l-missila taret 60 km sakemm waqgħet fil-baħar.
Il-Korea ta’ Fuq saħqet li din l-isparatura ma għandha x’taqsam xejn mal-gwerra.Madankollu rapporti internazzjonali qalu li ħafna emmnu li dan kollu huwa parti mill-programm għall-armi nukleari.
L-isparatura seħħet lejlet iż-żjara bejn il-President Ċiniż Xi Jinping u l-President Amerikan Donald Trump. Fit-taħditiet tagħhom se jiddiskutu l-armi nukleari.
In-Nazzjonijiet Uniti kienet ipprojbixxiet lill-Korea ta’ Fuq milli tagħmel testijiet nukleari madankollu dawn ir-regolamenti kemm-il darba inkissru.