Il-Korea ta’ Fuq tikkunsidra attakk bil-missili fuq Guam

Il-Korea ta’ Fuq qalet li qed tikkunsidra li tispara missili lejn it-territorju Paċifiku tal-Istati Uniti ta’ Guam.
Dan intqal f'rapport, li deher fuq midja tal-istat u li ġie ftit wara li l-President Donald Trump hedded lill-Istati Uniti b’miżuri ħorox jekk ma twaqqafx il-programm nukleari tagħha.
Ir-rapport qal li l-Korea ta’ Fuq qed tikkunsidra plan biex tispara missili lejn Guam, bejn hemm ibbażati bombi strateġiċi tal-Istati Uniti.
Fl-aħħar jiem in-Nazzjonijiet Magħquda approvaw sanzjonijiet ġodda fuq il-Korea ta’ Fuq, b’Pyongyang twieġeb li dawn qed jheddu s-sovranità tagħha hu wissiet lill-Istati Uniti li se tkun qed “tħallas prezz.”
Fl-aħħar xhur, il-Korea ta’ Fuq ippruvat numru ta’ missili ballistiċi, li skont il-midja tal-istat, jistgħu jaslu sal-Istati Uniti.