Il-Korea ta’ Fuq tieħu l-ewwel pass lejn denuklearizzazzjoni

REUTERS/Denis Balibouse/File Photo

Stampi tas-satelliti jindikaw li l-Korea ta’ Fuq bdiet iżżarma l-faċilitajiet ewlenin f’sit li jintuża biex jiġu żviluppati missili ballistiċi, l-ewwel pass biex iżommu l-kelma li taw lill-President tal-Istati Uniti Donald Trump.

L-istampi juru li fiż-żona fejn jittellgħu s-satelliti ta’ Sohae qed tiġi żarmata binja u kif ukoll żona fejn jiżviluppaw magni għar-rokits li jużaw propellant likwidu.

Trump qal li waqt s-Summit tiegħu f’Ġunju,il-kap tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un kien wiegħed li se jżarma sit li jintuża biex jiġu żviluppati missili ballistiċi, u dan huwa l-ewwel pass lejn denuklearizzazzjoni.