Il-Korea ta’ Fuq tgħid li bdiet testijiet fuq missila qawwija

Il-Korea ta’ Fuq qalet li bdiet l-ittestjar ta’ missila ġdida qawwija. Dawn huma l-ewwel testijiet ta’ dan it-tip li l-Korea ta’ Fuq qed tagħmel wara li waqfu ħesrem it-taħditiet bejn il-President Amerikan Donald Trump u Kim Jong-un.

Il-midja tal-istat tat ftit dettalji iżda analisti ġew kwotati jgħidu li huwa improbabli li dawn it-testijiet huma għal missili fit-tul, l-istess missili li kienu ġew deskritti bħala theddida għall-Amerika. Test simili kien sar f’Novembru li għadda u kien meqjus bħala att ta’ pressjoni fuq l-Istati Uniti.

Sa issa għad m’hemm l-ebda ftehim dwar il-missili nukleari.

Skont l-Aġenzija tal-Aħbarijiet tal-Korea Ċentrali, it-test tal-missila sar quddiem Kim Jong-un.

Il-Korea ta’ Fuq tgħid li żviluppat bomba nukleari li hija żgħir biżżejjed li tista’ titpoġġa fuq missila fit-tul li kapaċi tilħaq l-Istati Uniti.