Il-Korea ta’ Fuq saħħet l-attività missilistika tagħha

Il-Korea ta’ Fuq saħħet l-attività missilistika tagħha fejn qalet li żiedet  il-livell ta’ sigurtà.   L-aġenzija Yonhap irreferiet għal sorsi militari qrib Seoul, li skont huma, bħalissa għaddej ċaqliq ta’ vetturi militari u suldati.

Dan seħħ wara li l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Yong-un qal li bdew jiġ fin-u immirati l-missili lejn territorju Amerikan fin-Nofsinhar tal-Paċifiku u fil-Korea t’Isfel bi tweġiba għal ajruplani Amerikani B-2 li ntbagħtu għal manuvri militari fil-Korea t’Isfel.

Iċ-Ċina talbet għal sfroz komuni biex tonqos it-tensjoni fil-Peniżola.