Il-Korea ta’ Fuq jidher li mhux vera waqqfet il-programm nukleari tagħha u għaldaqstant kompliet tikser is-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Maqgħuda.
Dan skont rapport kunfidenzjali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda rrappurtat minn Reuters.
Ir-rapport li nħareġ minn esperti indipendenti li jħarsu l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Magħquda u li jkopri sitt xhur, ġie sottomess lill-kumitat inkarigat mill-Kunsill tas-Sigurtà dwar is-sanzjonijiet għall-Korea ta’ Fuq tard ilbieraħ filgħaxija.
Ir-rapport li hu twil 149 paġna jispjega kif il-Korea ta’ Fuq kellha żieda eżaġeratament kbira ta’ trasferimenti illeċiti ta’ prodotti petroliferi permezz ta’ bastimenti u anke ta’ trasferimenti ta’ faħam fl-2018.
Ir-rapport żvela wkoll li l-Korea ta’ Fuq qed tikkopera fuq bażi militari mas-Sirja u qed tipprova tbiegħ l-armi lill-Houthis tal-Yemen.
Aqra aktar dwar dan ir-rapport minn hawn.