Il-Korea ta’ Fuq lesta tieħu azzjoni nukleari kontra l-Istati Uniti

Il-midja tal-Korea ta’ Fuq wissiet li lesta twettaq attakk nukleari fuq l-Istati Uniti jekk tħoss li hi mhedda mill-azzjonijiet militari tagħha.
Din l-istqarrija saret b’reazzjoni għall-mossa militari tal-Istati Uniti li stazzjonat forzi navali fil-Punent tal-Oċean Paċifiku.
F’ġurnal nazzjonali tal-Korea ta’ Fuq ġie ppublikat ukoll li l-pajjiż hu lest li jieħu passi t’aggressjoni kontra l-Istati Uniti.
Il-President Amerikan Donald Trump qal li ċ-Ċina għandha taħdem aktar biex tikkontrolla lill-Korea ta’ Fuq.
It-tensjoni bejn il-Korea ta’ Fuq u l-Istati Uniti qed tkompli teskala wara l-azzjoni militari li l-Istati Uniti ħadet kontra s-Sirja hekk kif fuq Twitter il-President Trump qal li l-Korea ta’ Fuq qed tistieden l-inkwiet.